Ringrazzjament għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-150 Sena    Ktieb dwar l-Istatwa   Preċett   Żjajjar u tberik tal-familji   Irtir    Adorazzjoni   Ġbir gġall-Festa ta' San Filep

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
Pentecoste
18/19 ta’ Mejju 2013

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 anniversarju mill-miġja tal-istatwa ta’ San Filep

L-Arċipriet u l-Kleru jixtiequ jroddu ħajr lil Alla u lil kulmin ta s-sehem tiegħu fiċ-ċelebrazzjonjiet li l-Parroċċa organizzat fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-miġja tal-istatwa ta’ San Filep fostna. Ħajr lit-tliet baned Żebbuġin, dik ta’ San Filep, dik tat-12th May u dik ta’ De Rohan, li għal din l-okkażjoni ngħaqdu flimkien biex ikollna ċelebrazzjoni sabiħa. Ħajr ukoll lil min għen fl-organizzazzjoni, inkluż il-Kummissjoni Midja tal-Parroċċa u diversi persuni oħra li taw is-sehem tagħhom biex ikollna ċelebrazzjonijiet sbieħ.


Il-ktieb dwar l-istatwa

Il-ktieb dwar l-istatwa ta’ San Filep qiegħed jitqassam ftit ftit. Fadal numru żgħir ta’ kopji bi prezz sussidjat ta’ 28 Euro. Wieħed jista’ jiġbor il-ktieb mis-Sagristija fil-ġranet li ġejjin. Sa issa nbiegħu ‘l fuq minn 400 kopja ta’ dan il-ktieb.  


Preċett

Nhar il-Ħadd, 26 ta’ Mejju, se niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina liċ-ċkejknin tagħna. L-Ewwel Tqarbina għas-subien tibda fid-9.15am u dik għall-bniet tibda fl-4.30pm. Bi preparazzjoni għall-Ewwel Tqarbina, infakkru li se jsiru xi laqgħat matul din il-ġimgħa għall-ġenituri, fejn se jkollna wkoll is-servizz tal-Qrar. Dik tas-subien u l-ġenituri tagħhom se ssir nhat it-Tnejn u nhar it-Tlieta, filwaqt li dik tal-bniet se ssir nhar il-Ħamis.


Żjajjar u Tberik tal-Familji

It-Tnejn, 20 ta’ Mejju:  Triq is-Siġġiewi (nibdew minn ħdejn il-Midland Hall); Triq il-Poeta Nazzjonali; u Triq Gugliermu Lorenzi.

It-Tlieta, 21 ta’ Mejju: Flats il-ġodda kollha fi Triq Ġanni Bonnici; u  Binja D, Ent. A u B; Block D, Ent. B; u Binja D,  Ent. C,  fi Triq Gugliermu Lorenzi.

L-Erbgħa, 22 ta’ Mejju: Triq is-Sindku P. Vella.


Irtir

Għax-xebbiet adulti, nhar l-Erbgħa fis-6.30pm fiċ-Ċirkolu tal-Azzjoni Kattolika.


Adorazzjoni

Fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’, nhar is-Sibt wara l-Quddiesa. Se jkun hemm servizz tal-Qrar. Imexxi Patri Angelo Mamo op.


Ġbir għall-Festa ta’ San Filep

Infakkru li bħas-snin imgħoddija qed nerġgħu nniedu l-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi minn kull familja - dejjem għal min jista’, tal-inqas €10 kull familja. Dawk li se jipparteċipaw f’din il- kampanja, isimhom ser ikun miktub fil-lista ta’ benefatturi tal-festa. Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom. Minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 sena mill-miġja tal-istatwa, qegħdin ftit lura fil-ġbir għall-festa. Għalhekk qed inħeġġu ħafna għall-ġenerożita’ tagħkom.



 

 

Ċelebrazzjonijiet 150 Sena

F'din is-sezzjoni tas-sit hawn materjal u ritratti taċc-ċelebrazzjonijiet li saru.

Programm Velja + talb

Programm Serata Mużiko-letterarja

Ritratti Velja

Ritratti Attivita' tat-tfal (Sibt)

Ritratti purċissjoni

 

New Connection Issue

Download the new issue from here!


Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem... Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem .....

 

 

 

 

 

 

Malta Mass app