Min u kif...

Din il-website giet mahluqa minn proposta li kienet saret waqt l-Assemblea Parrokkjali. Minn zmien ilu kien hemm il-hsieb li tigi mahluqa website tajba tal-parrocca. Izda minhabba nuqqas ta' inizzjattiva kif ukoll minhabba nuqqas ta' rizorsi, kienet saret website zghira li l-harsien taghha kien mitluq.

Minhabba dan, giet proposta l-idea li ssir website dwar il-Parrocca u li tibqa' mharsa u aggornata. Ghal dan il-ghan, Keith Cutajar (membru tal-Kummissjoni Parrokkjali Task Force zghazagh) u l-Kummissjoni Parrokkjali "Relazzjonijiet Pubblici u Media" inghaqdu flimkien sabiex din il-proposta tiehu l-hajja!

Wara numru bla qies ta' laqghat u konsultazzjonijiet ma' diversi individwi, fosthom persuni ntizi fis-suggett, is-sit elettroniku bl-isem ta': www.parroccazebbug.com; gie kkreat! Hajr ukoll lill-kumpanija NIU Media li ghinuna sabiex din il-website tigi milhuqa mill-pubbliku billi ghamlulna l-Web Hosting taghha.

Keith Cutajar ... Webmaster/Webservant

NIU Media ... Web Hosting

Kummissjoni Parrokkjali "Relazzjonijiet Pubblici u Media" - Informazzjoni kollha tal-Website.

Hajr ukoll lil Arcipriet li grazzi ukoll ghal motivazzjoni tieghu, setghu jsiru dawn l-affarijiet kollha li tistghu taraw!

 

a

 

 

a a a a