 |
1. © Drittijiet ta’ l-awtur:
Il-website www.parroccazebbug.com , l-artikli, disinni, grafika u elementi ohrjan m’humiex imsemmijin specifikament hawn izda li jidhru f'din il-website, huma protetti bid-drittijiet ta’ l-awtur. Kull dritt mizmum, ikkopjar ta' dawn l-elementi elettronici imsemmijin hawn fuq, huwa pprojbit, hlief jekk bil-permess bil-miktub tal-Parrocca San Filep. Kull element elettroniku, grafika, ritratti jew kitbiet prezenti fuq din il-website jaqghu taht id-drittijiet ta’ l-awtur; Copyright © 2010 St.Philip Parish Haz-Zebbug All Rights Reserved.
2. Intenzjonijiet:
2.1 Il-parroccazebbug tiddikjara li l-intenzjonijiet ta' din il-website u s-servizzi offruti m' humiex li, b'xi mod, tikkawza hsara morali jew danni lill-udjenzi tal-website ta' kwalunkwè tip.
2.2 Izda l-parroccazebbug tiddikjara, fid-dawl tal-klawsola 2.1, li ma taghti l-ebda garanzija fuq l-uzu ta' din il-website jew servizzi ohrajn minn fuq din il-website.
2.3 Konsegwenzi ta’ l-uzu: il-ParroccaZebbug tiddikjara li ma tiehu l-ebda responsabbiltà ghal allegazzjonijiet ta' hsara kkawzata mill-uzu ta' dawn s-servizzi, offruti fuq din il-website.
3. Dikjarazzjonijiet:
3.1 Il-"parroccazebbug" hija delegat elettroniku ghas-servizzi online ghall-Parrocca San Filep, Haz-Zebbug, u hija proprjetà tal-Parrocca San Filep, Haz-Zebbug.
3.2 Principji: il-principji mhaddma f'din il-komunità on-line tal-ParroccaZebbug, huma principji li jiffavorixxu taghrif generali, kif ukoll taghrif religjuz, u li jkunu ghodda sabiex tixxandar il-Bxara t-Tajba. Ghaldaqstant, il-ParroccaZebbug, li hija denominazzjoni Kattolika fil-komunità Zebbugija, thaddan fidi fir-religjon Kattolika Rumana, u tirrifletti dan fil-kontenut ta' din il-website.
3.3 Uzu: l-uzu ta' din il-website m’huwa ristrett, bl-ebda mod, ghal xi gruppi partikolari; imma l-parroccazebbug tiddikjara li l-ghanijiet ewlenin ta' din il-website huma: informazzjoni dwar il-parrocca, taghrif generali, taghrif religjuz (liema taghrif religjuz huwa ristrett biss ghall-fidi li thaddan din il-komunità, u dan ma ghandux jitqies bhala diskriminazzjoni). Ghaldaqstant, l-uzu ta' dawn s-servizzi ghandhom jitqiesu bhala privilegg, aktar milli bhala dritt. Il-parroccazebbug izzomm id-dritt li twaqqaf dan s-servizz meta u x'hin jidhrilha hi, minghajr ma taghmel konsulti ma' xi parti mill-udjenza. Il-parroccazebbug izzomm d-dritt illi tiffissa mizati fuq is-servizzi offruti, meta u x'hin jidhrilha hi, minghajr ma taghmel konsulti ma’ xi parti mill-udjenza.
3.4 Billi taghmel uzu minn din il-website u s-servizzi offruti, inti qieghed/qieghda taghmel dan minghajr ma qieghed/qieghda tkun sfurzat/a, izda b'ghazla hielsa tieghek, u qieghed/qieghda taghmel dan fid-dawl ta' dawn il-klawsoli. L-uzu konsistenti ta' din il-website u s-servizzi l-ohrjan kollha offruti minn fuq din il-website, ifissru awtomatikament li inti taqbel u taccetta dawn il-klawsoli.
3.5 Il-parroccazebbug tiddikjara li thaddan u zzomm principji ta' kunfidenzjalità u privatezza, b'kull tip ta' informazzjoni dwar l-udjenzi taghna, migburin minn dawn s-servizzi. Izda tiddikjara wkoll li din il-partecipazzjoni ma hijiex sfurzata, izda rizultat tal-ghazla hielsa mill-udjenzi taghna.
4. L-att dwar il-Privatezza u S-Segretezza Personali:
4.1 Il-parroccazebbug, tidikjara li tirrispetta s-segretezza u l-privatezza personali. Ghaldaqstant, kull materjal migbur minn fuq il-website tal-Parrocca, huwa ttrattat b'mod kunfidenzjali.
4.2 Il-parroccazebbug izzid, ma’ klawsola 4.1, li indirizzi e-mail ta’ l-individwi li jkunu abbonaw fis-sistema ta' newsletters, jew li jkunu ikkorrispondew maghna, jintuzaw biss sabiex jintbaghtu newsletters, u ghal ebda skopijiet ohrajn.
4.3 Abbonament fis-sistema tan-newsletters, jista’ jsir mill-pagni rispettivi, izda wiehed huwa liberu li johrog mill-abbonament meta jixtieq hu.
4.4 Rigward il-kontenut tan-newsletter, il-parroccazebbug tissugerixxi li dejjem jintuza anti-virus tajjeb u efficjenti, u jkunu skannjati (scanned) il-files kollha li jitnizzlu minn fuq il-website tal-parrocca. |
 |
 |