 |
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
Sena “B”
4/5 ta’ Frar 2012
Proġett ta’ Pavimentar Ġdid
Matul din il-ġimgħa, kif stajtu tindunaw, beda l-proġett tant mistenni tal-pavimentar il-ġdid taz-zuntier. Filwaqt li nittamaw li ma jinqalawx kumplikazzjonijiet, nappellawlkom biex tissapportjaw dan il-proġett, li parti sostanzjali minnu se jkun iffinanzjat mill-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. Is-sehem tal-Parroċċa se jkun it-tqegħid tal-granit, li qed jiġi ikkalkulat li ma għandux jaqbeż l-€20,000. Filwaqt li nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-ġenerożita’ u l-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom tiskużawna għal xi inkonvenjenti li qed jinħolqu sakemm jitlesta dan il-proġett.
Żjajjar u Tberik tal-Familji
It-Tnejn, 6 ta’ Frar: Triq l-Iskalora; Triq l-Insiġ; u Triq il-Kosbor.
It-Tlieta, 7 ta’ Frar: Triq San Martin.
L-Erbgħa, 8 ta’ Frar: Triq Adeodato Gatt.
Adorazzjoni fiċ-Ċenaklu
Nhar it-Tlieta, 7 ta' Frar, se ssir siegħa adorazzjoni mis-7pm sat-8pm fiċ-Ċenaklu, b'riparazzjoni f'lejl il-qamar kwinta.
Anniversarji
Infakkru li din is-sena, iċ-ċelebrazzjoni ta’ dawk li għalqu l-anniversarji tagħhom taż-żwieġ (25, 40 u 50 sena) matul is-sena li għaddiet, se ssir nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar, waqt il-Quddiesa tas-6.30pm. Wara l-Quddiesa, ikun hemm festin żgħir. Għalhekk, min hu interessat li jattendi, huwa mitlub li jħalli ismu fis-sagristija. Din iċ-ċelebrazzjoni qed tkun ikkoordinata mill-Kummissjoni Familja u mill-Azzjoni Kattolika - Fergħa Nisa.
Festa ta’ San Pawl
Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa ta’ San Pawl, festa li hemm l-obbligu tal-Quddies marbut magħha. Għalhekk nhar l-Ġimgħa, il-Quddies se jkun kollu bħal tal-Ħadd, ħlief filgħaxija, fejn ikollna Quddiesa waħda biss, dik tas-7.00pm.
Ħarġa għar-Redentur tal-Isla
Nhar l-1 ta Marzu. Min hu interessat ikellem lill-membri tal-fundrasing.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Mro. Frank Galea u Tony Coleiro ..... Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem ..... |
 |
 |