a

Ċentru ‘Ward Żebbuġi’

Motto:   "ANZJANI.... ZGHAZAGH FL-ENTUZJAZMU!"

Iċ-Ċentru Soċjali għal-Anzjani ’Ward Zebbugi’ ġie mwaqqaf mill-Caritas (Malta) flimkien ma’ l-Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ fl-4 ta’ Lulju 1989 u huwa responsabbli għalihom. L-għan ewlieni taċ-Ċentru huwa li llaqqa’ l-Anzjani, kemm irġiel u nisa, biex jitgħallmu flimkien, isiru jafu aktar lil xulxin, jgħinu lil xulxin, jifirħu flimkien u jaqsmu flimkien is-sabiħ li hemm ġo fihom. Imma dan iċ-Ċentru Socjali mhux il-post fejn wieħed jaħli l-ħin jew fejn wieħed jgħadddi siegħa żmien. L-iskop taċ-Ċentru huwa edukattiv u jgħin biex wieħed jizviluppa iktar il-personalita’ tiegħu.

Ħinijiet tal-Laqgħa / Ġurnata / Post:
Kull nhar ta’ Tlieta fid-9.30am issiru laqgħat ġewwa s-Sala Parrokkjali ’Dun Mikiel Xerri’ fi Triq l-Isqof, Ħaż-Żebbuġ.

X’servizzi noffru fil-Parroċċa:

  • Għal laqgħat ta’ kull nhar ta’ tlieta jingiebu kelliema kompetenti bħal sacerdoti, patrijiet, membri tal-Muzew, tobba, avukati, nutara, Socjal Workers, fisjoterapisti, dieticians etċ.
  • Nipprovdu trasport għal dawk l-Anzjani li joqgħodu l-bogħod miċ-ċentru jew li ma tantx jifilħu jimxu biex jiġu għal laqgħat u jittieħdu lura, mingħajr ħlas.
  • Kull tieni Tlieta issir il-ħarġa bil-private, billi l-ewwel inmorru nisimgħu quddiesa barra r-raħal u wara nmorru f’xi resturant nieħu xi ħaga skond il-gosti tagħhom.
  • Fl-aħħar tlieta ta’ kull xahar il-Kumitat taċ-Ċentru jorganizza festin tal-birthdays ta’ dawk l-anżjani li jkunu għalqu zmienhom matul dak ix-xahar. Dawn l-anzjani jiġu mħeġġa biex min jista’ jġib miegħu xi ħaġa tal-ħelu biex jinqasmu ma’ sħabhom. Dawn l-anzjani li jkunu qed jiċċelebraw għeluq sninhom jingħathalhom riġal ta’ tifkira.
  • Kull anzjan tintbgħatlu kartolina f’għeluq sninu.
  • Fix-xhur tas-sajf (Lulju sa Settembru) ma jsirux laqgħat iżda kull nhar ta’ tlieta il-kumitat jieħu ħsieb jorġanizza ħarġa għal ħdejn il-baħar.
  • Nattendu u norganizzaw trasport għal attivitajiet li jsiru mill-Caritas (Malta) għal anzjani.
  • Nieħdu ħsieb li ngħinu l-anzjani jimlew il-formoli ez. ’Telecare’, ’Home Care’, ’Handyman’, ’Meals on Wheels’ etċ. u fejn ikun hemm bzonn il-kumitat jgħamel kuntatti u jinkitbu ittri f’isem l-anzjani mingħajr ħlas lid-dipartimenti etċ. koncernati.
  • Il-kumitat jiltaqgħa darba fix-xahar biex jorganizza dawn l-attivitajiet.

 

 

a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a a a a