Gruppi Familji Nsara – “Grufan”.
Motto:
Familja Kun dak li int, komunita' intima ta' hajja u mhabba.
Mission Statement:
1. Jiffurmaw koppji mizzewgin biex jghixu l-ispirtu tal-Evangelju fil-hajja mizzewga taghhom b'riferenza partikolari jghinuhom igawdu s-sbuhija tal-vokazzjoni tal-hajja mizzewga;
2. Jghinu lill-membri jaghzlu l-Familja Mqaddsa bhala mudell ghalihom biex din tkun bhala ghajn ta' ispiritazzjoni ghall-appostolat li jwettqu, u biex jghixu b'mod shih il-pjan imfassal ghalihom minn Alla;
3. Jiffurmaw komunita' ta' koppji biex jghinu lil xulxin fil-hajja taghhom;
4. Jaghtu xhieda hajja tal-fidi taghhom billi jkunu sensittivi ghall-bzonnijiet tal-ohrajn u jghinuhom bi spirtu ta' servizz;
5. Iwettqu hidma pastorali fil-parrocci jew entitajiet ohra parrokkjali b'koordinament ma' frieghi ohra tal-Moviment ta' Kana;
6. Ihabirku biex jippromwovu mentalita' tas-sbuhja u l-importanza tat-trobbija nisranija ta' l-ulied, u jghinu lil genituri jiksbu hiliet dwar it-trobbija tajba.
Ġranet u Hinijiet tal-laqgħa:
Il-Gruppi Familji Nsara (Grufan) huma koppji nsara li jiltaqghu fi gruppi zghar darba fix-xahar u dawn jiddiskuti temi attwali u relevanti mal-hajja tal-familja. Huma jaghmlu dan fid-dawl tal-kelma ta' Alla. B'dan il-mod il-koppji jkunu ta' support ghal xulxin fit-trobbija ta' uliedhom kif ukoll joffru ghajnuna lil xulxin li tinkuragihom jikbru u jimmaturaw fir-relazzjoni mizzewga taghhom.
Bhalissa f'Haz-Zebbug ghandna zewg gruppi, wiehed immexxi minn Alfred u Carmen Bonnici flimkien ma' Dun Joseph Mizzi u l-iehor minn John u Jane Mizzi flimkien ma' Mons Joseph Bugeja. Dawn normalment jiltaqghu fil-kamra tac-cenaklu gewwa u l-laqgha tiehu madwar siegha u nofs.
Min irid jissieheb f'dawn il-gruppi jista' jikkuntatja lil koppji inkarigati jew lis-sacerdoti imsemmija.
X’servizzi toffru fil-parroċċa:
Nghinu lill-koppji mizzewgin biex ighixu b'impenn il-vokazzjoni nisranija, ikun committed ghal vokazzjoni taz-zwieg u naqdu l-komunita billi inheggu lill-familja ikunu tassew dak li huma, jigifieri, komunita ta' hajja u mhabba. |