a
  1. Kunsill Pastorali Parrokkjali.

President:              Fr. Daniel Cardona. Arċipriet.
Moderatur:            Dr. Philip Sciortino M.D.
V/Moderatur:        Tony Caruana.
Segretarju:             Philip Cutajar.

Terms of Reference tiegħu: Statut. 

  1. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali jiffunzjona fl-ispirtu tal-komunjoni ekkleżjali, bħala organu konsultattiv, li bih titfisser u titħaddem il-koresponsabbilta’ fil-komunita’ parrokkjali.
  2. Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali huwa koresponsabbli għall-istudju, programmazzjoni, eżekuzzjoni u evalwazzjoni tal-ħidma pastorali tal-komunita’.

Membri fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali:

Il-qassisin kollha tal-parroċċa.

Rappreżentanti mill-Għaqdiet preżenti fil-parroċċa: Azzjoni Kattolika (Nisa u Xebbiet), Leġjun ta’ Marija, Lampieri Ħajjin, Moviment tal-Fokolarini, Museum (Bniet u Subien), Moviment Kariżmatiku, GRUFAN, Ċentru ‘Ward Żebbuġi’, Grupp Faraġ; Ċentru ta’ Warda; Mother’s Prayers; Abbatini.

Rappreżentanti mill-Kummissjonijiet: Implementazzjoni tas-Sinodu; Familja; Żgħażagħ (Task Force); Liturġija; Kateketika; Djakonija; Relazzjonijiet Pubbliċi u Media, Patrimonju, Ambjent,  Fund Raising.

Rappreżentanti miż-Żoni tal-Parroċċa: Ħal-Muxi; Tal-Grazzja; Tad-Dawl u Santwarju Qalb ta’ Gesu.

Membri oħra maħtura mill-Arċipriet b’konsultazzjoni mal-Kunsill Parrokkjali bħala ex officio.

Il-Kunsill jiltaqa’ kull tieni Tnejn tax-xahar ġewwa ’Villa San Filep’, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ.

Kull korrispondenza għandha tintbagħat lil:
Kunsill Pastorali Parrokkjali. c/o 9, Triq il-Parroċċa. Ħaż-Żebbuġ. ŻBĠ 3361.

 

a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a a a a