a

Museum Irgiel:

Motto: Li Titqaddes u tqaddes
Li titghallem u tghallem.

Mission Statement: ”Mgħallem mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Vanġelu Tiegħek”.

Is-Soċjeta tad-Duttrina Nisranija magħrufa l-aktar fostna bħal MUSEUM, inbdiet f’Malta min San Ġorġ Preca fis-7 ta’ Marzu 1907.

Ħinijiet tal-Laqgħa / Ġurnata / Post:
Katekizmu lit-tfal, żgħażagħ u adulti permezz ..
L-Ewwel Grupp: Klassijiet: Infantili, l-Ewwel Tqarbina u klassijiet 2, 3,4.
It-Tnejn, u l-Hamis u t-Tlieta u l-Ġimgħa. Mis-5.40pm sas-6.25pm.
It-Tieni Grupp: Klassijiet Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti
Mit-Tnejn sas-Sibt, minbarra l-Erbgħa, mis-7.00pm sas-7.35pm
Il-Ħadd: fit-8.00am nisimgħu quddiesa flimkien.
Lezzjoni mill-10.00am sa l-10.35am. Fit-3.00pm (xitwa) u fit-3.30pm (sajf) niltaqgħu fil-kappella għall-Unjoni u wara, kull nhar ta’ Ħadd, imorru passiġata jew baħar.

L-Assenjatur: Għas-Soċji u l-Kandidati mit-Tnejn sas-Sibt, minbarra l-Erbgħa, mit-8.00pm sad-9.00pm

X’servizzi noffru fil-Parroċċa:

  • Tagħlim u formazzjoni nisranija għat-tfal bejn il-5 snin u l-12 il-sena bi preparazzjoni għas-sagramenti.
  • Edukazzjoni u formazzjoni nisranija għat-tfal u ż-żgħażagħ minn 12 il-sena ‘il fuq bi preparazzjoni għall-ħajja.
  • Logħob, rikreazzjoni u ħarġiet f’ambjent san taħt superviżjoni kontinwa.
  • Laqgħat għall-ġenituri li wliedhom jattendu l-MUSEUM.
  • Laqgħa darba fil-ġimgħa għall-grupp tal-Bibbja.
  • Lezzjonijiet għall-adulti f’sajdat u f’ġimgħat ta’ tagħlim.

L-għan ewlieni tas-Soċjeta’ hu l-qdusija tal-membri u li tagħti tgħalim u formazzjoni nisranija lit-tfal, liż-żgħażagħ u lill-adulti.

Illum is-Soċjeta għanha ftit anqas minn elf membru (rgiel u nisa) mifruxa f’madwar mitt qasam f’Malta, f’Għawdex, fl-Awstralja, fl-Ingilterra, l-Albanija, il-Kenja u l-Peru’.

Għal aktar informazzjoni, fittex fuq: www.sdcmuseum.org

 

 

a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a a a a