a

Parroċċa Ħaż-Żebbuġ

Pjan Pastorali 2009-2011

“U meta nintrefa’ ‘l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja.”
(Ġw 12,32)

Nota: L-akbar avveniment tul it-tliet snin li ġejjin hi bla dubju ta’ xejn il-viżta pasttorali li ser isseħħ fl-2010/2011. Għalhekk bi tħejjija għal dan l-avveniment, il-parroċċa identifikat sitt proġetti ewlenin li trid tiffoka fuqhom tul l-2009. Dawn il-proġetti għandhom il-għan li jsaħħu s-servizzi ezistenti offruti mill-parroċċa; jżidu l-formazzjoni tal-operaturi pastorali u jibnu aktar is-sens ta’ komunita fil-parroċċa tagħna. Dan il-pjan pastorali ikompli jibni fuq il-ħidma pastorali li twettqet tul l-2007/2008 waqt li jikkumplimenta l-ħidma dejjem għaddejja minn għaqdiet diversi attivi fil-ħidma pastorali tal-parroċċa.

 

Proposti:

Kummissjoni/ Għaqda responsabbli: Kunsill Pastorali Parrokkjali
Taqsima tal-Pjan : Il-bini tal-Komunita
Isem il-Progett: Nifhmu aħjar ħidmet il-KPPDeskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-progġett:

Tiġi organizzata laqgħa straordinarja tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fejn ikun mistieden il-pubbliku Ġenerali. Dan sabiex kulħadd ikollu ċans jifhem kif jaħdem il-Kunsill Pastorali Parrokkjali. F’din il-laqgħa jkun hemm ħin fejn jiġu diskussi punti mill-aġenda u ħin fejn tingħata sġjega tax-xogħol ta’ dan il-kunsill. Din l-attivita tista’ ssir fi żmien ta’ jum il-laajċi jew fi żmien ieħor matul is-sena. Jista’ jsir ukoll xi video clip li jispjega ħidmet il-KPP.

Insaħħu l-istrutturi tal-KPP sabiex inkunu ċerti li id-deċizjonijiet aħħarija jew informazzjoni relevanti tgħaddi għall-komunita. Dan jista’ jsir bl-użu tal-mezzi t’informazzjoni li għandha f’idejha l-parroċċa.
Mill-banda l-oħra tinħoloq struttura fejn membri tal-komunita jkunu wkoll jistgħu iressqu suġġerimenti, eċċ biex dawn jiġu diskussi fil-KPP.

Miri konkreti li jridu jintlaħqu: Issir laqgħa straordinarja tal-KPP li tkun miftuħa għall-pubbliku.
Membru tal-KPP ikun responsabbli mill-PR; nibdew nużaw il-web site u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni eżistenti biex jingħadda tagħrif dwar deċizjonijiet mittieħda.

X’tip ta’ għajnuna / riżorsi se jkun hemm bżonn: Jinħatar PR; aċċess għall-mezzi ta’ informazzjoni użati fil-parroċċa.

\Kummissjoni/ Għaqda responsabbli: Soċjeta’ MUSEUM (subien)

Taqsima tal-Pjan  Xandir tal-Kelma

Isem il-Progett: Nitgħallmu mill-Bibbja

Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-progġett:

Jitwaqqaf grupp ta’ persuni li jibda jiltaqa’ darba fil-ġimgħa fil-fergħa tal-Mużew subien. F’din il-laqgħa jsir qari, diskussjoni u meditazzjoni fuq siltiet mill-Bibbja fuq l-istil tal-Qagħda Mużewmina kif imfassla minn San Ġorġ Preca. L-idea hi  li fil-bidu dan il-grupp ikun immexxi minn soċju tal-Mużew, iżda wara dan il-grupp isir kapaċi jmexxi lilu nnifsu (għalkemm xorta jkun hemm preżenza ta’ soċju li jkun jista’ jagħti l-għajnuna kif meħtieġ).

Miri konkreti li jridu jintlaħqu Li f’Jannar 2009 grupp ta’ madwar 30 persuna jibda jiltaqa’ regolarment.

X’tip ta’ għajnuna / riżorsi se jkun hemm bżonn:  Propaganda fuq il-mezzi informattivi tal-parroċċa; sala fejn jiltaqa’ l-grupp eċċ jiġu pprovduti mill-Museum.

 

Kummissjoni/ Għaqda responsabbli Kummissjoni Liturġija

Taqsima tal-Pjan : Kommunita li tiċċelebra b’mod ħaj

Isem il-Progett:  Insaħħu l-parteċipazzjoni u l-animazzjoni tal-quddies

Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-progġett:

Isiru korsijiet għal-letturi u għall-animaturi. Dawn issa ilhom ftit ma jsiru fil-parroċċa tagħna. Il-ħsieb hu li jerġa’ jibda jkun hemm almenu kors wieħed għal-letturi u wieħed għall-animaturi tul is-sena 2009.
Inżidu n-numru tal-letturi billi nħajru letturi ġodda speċjalment dawk ta’ eta’ żghira. Il-mira hi li nżidu almenu 20 lettur ġdid mal-lista li diġa għandna.
Nistudjaw il-possibilta li jkollna ministri tat-tqarbin abbinati ma’ kull quddies.
Ikollna koordinatur lajk għal kull quddies – dan xogħlu jkum li jara li l-letturi, animaturi, ministri tat-tqarbin eċċ jkunu kollha preżenti u b’hekk jibda jkun hemmm koordinament aħjar. Dan ikun ukoll responsabbli meta ssir xi attivita speċjali f’dik il-quddies partikolari li minnha jkun responsabbli.
Jitwaqqaf sotto-kumitat fil-kummissjoni liturġija biex dawn l-ideat jiġu attwati ukoll fil-quddies iċċelebrat fis-santwarju tal-Qalb ta’ Ġesu’.

Miri konkreti li jridu jintlaħqu: Inżidu n-numru tal-letturi almenmu b’20 persuna fl-ewwel sena. Jiġi organizzat kors għal-letturi u ieħor għall-animaturi tul l-2009.

X’tip ta’ għajnuna / riżorsi se jkun hemm bżonn: Spejjeż biex jiġu organizzati il-korsijiet.

Kummissjoni/ Għaqda responsabbli : Kummissjoni Djaokonija

Taqsima tal-Pjan: Djakonija u Ġustizzja

Isem il-Progett: Kampanja Kontra l-abbuż ta’ Droga u l-alkohol / Nies fil-bżonn

Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-progġett:

Titkompla il-Kampanja Kontra l-Abbuz ta’ Droga u alkohol billi:
jkomplu isiru il-laqghat minn nies intizi fuq dan is-suggett. Dawn il-laqgħat ikunu immirati għaaż-zghazagh u adoloxxenti.

Li jsiru żewġ Seminars  ghall-ġenituri li ghandhom tfal adoloxxenti.

Jigu identifikati dawk in-nies /familji fil-bzonn u naraw kif nistghu nighinuhom . Jinħoloq fond biex l-għajuna tkun kontata ukoll.

Hu importanti li n-nies li ser jgħinu f’dan il-qasam ikunu nies kwalifikati. Dawn in-nies jistgħu jiġu identifikati  b’kuntatt personali waqt żjajjar fil-familji eċċ, jew billi isiru laqgħat speċjali għal nies gradwati li jgħixu fil-parroċċa.

Miri konkreti li jridu jintlaħqu Isiru numru ta’ laqgħat kif indikat hawn fuq. Jitwaqqaf il-fond soċjali għal familji fil-bżonn.

X’tip ta’ għajnuna / riżorsi se jkun hemm bżonn: Spejjeż neċessarji biex isiru laqgħat eċċ; nies imħarrġa f’dan il-qasam.

 

Kummissjoni/ Għaqda responsabbli : Kummissjoni Familja
Taqsima tal-Pjan : Il-Familja
Isem il-Progett: Akkumpanjament lill-Koppji Zghazagh.
Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-progġett:

Tkompli tissahhah il formazzjoni li qed tinghata  lill-membri tal- kummissjoni familja li reġgħet twaqqfet fi ħdan il-parroċċa lejn l-aħħar ta’ l-2008.
.
Filwaqt li jissahhu l-laqghat ta’ thejjija ta’ sitt xhur qabel iz-zwieg, jibdew isiru laqghat ghal koppji zghazagh  wara li jkunu ircevew is-sagrament taz-zwieg u li jkunu jixtiequ jkomplu jattendu fi gruppi żgħar biex jirċievu aktar formazzjoni. Dan għandu jgħin ukoll sabiex dawn il-koppji jħossuhom aktar parti  mill-parroċċa tagħna.

Miri konkreti li jridu jintlaħqu: Tingħata aktar formazzjoni lill-membri tal-kummissjoni familja waqt laqgħat ma’ persuni b’esperjanza f’kummissjonijiet simili u kummissjonijiet oħra fi ħdan l-Unita Pastorali. Sa l-ahhar tas-sena 2009 jibda jiltaqa’ regolari grupp ta’ koppji zghazagh flimkien li jaghzlu li jkomplu jiehdu formazzjoni.

X’tip ta’ għajnuna / riżorsi se jkun hemm bżonn: Post fejn jiltaqghu dawn il-koppji żgħżagħ u numru ta speakers li jkunu jistghu jghinu

 

Kummissjoni/ Għaqda responsabbli : Task force Żgħażagħ
Taqsima tal-Pjan Adoloxxenti u Żgħażagħ
Isem il-Progett:  Ċentru li jixraq liż-żgħażagħ tagħna
Deskrizzjoni qasira ta’ x’se jkun jinvolvi l-progġett:

Upgrading  tac-Ccentru ta’ Warda  biex ikun attraetni ghaz-zghazagh tal-lum.

Formazzjoni ta’ Youth leaders (jattendu korsijiet l-universita u postijiet oħra)

Emfasi fuq il- formazzjoni nisranija ghall-membri taċ-Ċentru b’laqaghat regolari kull gimgha skont l-etajiet. Din il-ħidma trid tkun ikkordinata sew ma’ għaqdiet oħra fi ħdan il-parroċċa li ukoll qed jaħdmu ma’ l-adoloxxenti u ż-żgħżagħ.

Quddiesa ghal adoloxxenti zghazagh f’kappella fil-parroċċa bis-sehem attiv ta’ l-adoloxxenti stess.

Miri konkreti li jridu jintlaħqu: Li sa Jannar 2009, jitlesta’ ir-refurbishment  taċ-ċentru ta’ warda. Li sa Gunju 2009 il-membri jizdiedu ghal 120. Li ċ-ċentru jsir post fejn jinġabru z-zghazagh f’ambjent nadif mid-droga u l- alkohol. Li tul l-2009 tibda tiġi organizzata quddiesa għall-adoloxxenti.

X’tip ta’ għajnuna / riżorsi se jkun hemm bżonn : Fondi sabiex isir ristrutturar taċ-ċentru u biex isir taħriġ għall-youth leaders. Post u qassis + team li jorganizza l-quddiesa għall-adoloxxenti.

a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
a
 
a a a a