Segwi dirett l-attivita tal-knisja

B’kollaborazzjoni mal-Kumitat IT tal-Ghaqda Kazin Banda San Filep

speaker Ras ir-Randan u Pellegrinaġġ tas-Salib  -  Żjajjar u Tberik  -  Laqgħa - Tixtieq titlob aħjar?  -  Pellegrinaġġ għar-Redentur ta' l-Isla u wara Coffee Morning bit-Tombla  -  Eżerċizzi Knisja Arċipretali

notepad

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

Is-Seba' Ħadd Matul is-Sena - Sena A

22/23 ta' Frar 2020



Ras ir-Randan u Pellegrinaġġ tas-Salib


Nhar l-Erbgħa nibdew ir-Randan Imqaddes. Jixraq li nħarsu dan il-jum bis-sawm u t-talb. Infakkru li dawk li għandhom ‘il fuq minn 14-il sena, huma obbligati li jsumu u jastjenu mil-laħam u minn xorb u ikel favorit tagħhom. Bħala parroċċa se nibdew dan ir-Randan b’pellegrinaġġ tas-Salib, li se jibda mill-Knisja Arċipretali fil-5.30pm, jgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino Induru Lejn Triq Milanes u ninżlu minn Triq F.Sammut lura għall-Knisja. Wara ssir Quddiesa Konċelebrata Solenni.

Laqgħa – Tixtieq titlob aħjar?


Il-Kummissjoni Liturġija fi ħdan il-parroċċa ħasbet li din is-sena fir-Randan ikollna zewġt esperjenzi ta’ kif wieħed jista’ jitlob aħjar. Għal dan il-għan ġew mistiedna membri minn żewġt organizzazjonijiet li se jgħinuna nagħmlu dan. L-ewwel laqgħa se ssir nhr il-Ġimgħa li ġej wara il-quddiesa tas-6.30pm, li għaliha ġew mistiedna membri mill-Youth Fellowship. Għandha tkun moment sbieħ għall-kommunita’ tagħna. Għalhekk qed inħeġġu li min jixtieq jitlob aħjar li jattendi għal din l-esprejenza. Il- Ġimgħa t’ wara ġejjin membri mill-Belong.

 

Eżerċizzi fil-Knisja Arċipretali se jsiru żewġt korsijiet wieħed għall-Kulħadd u l-ieħor għall- Mizzewġinu Għarajjes.

  • Eżercizzi għall-Miżżewġin u Għarajjes se jsir  bejn 23 u 27 ta’ Marzu fil-Knisja Arċipretali
  • Eżerċizzi għal Kulħadd se jsir bejn 30 ta’ Marzu  u 2 ta’April Fis-Santwarju tal- Qalb ta Gesu

 

Żjajjar u tberik tal- Familji


It-Tnejn 24 ta’ Frar: Triq Pawlu Balzan
It-Tlieta 25 ta’ Frar: Siġġiewi Road (nibdew  minn ħdejn il- Midland Hall); Triq il-Poeta Nazzjonali; uTriq u Gugliermu Lorenzi   
IL- Ħamis, 27 ta’ Frar: Triq Tumas Dingli
(Triq Tumas Dingli se ssir il- Ħamis peress li l-Erbgħ, Ras ir-Randan hemm il- Pellegrinaġġ tas-Salib.)

 

Ħarġa għar-Redentur tal-Isla


Nhar l-3 ta’ Marzu. Tluq fid-9.00am . Min hu interessat ikellem lill-membri tal-fundraisng.

 

 


 

 

news

Facebook tal-Parroċċa

facebook logo

 

 

 


cross

Nitolbu għal oħtna li għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem... Rita Buhagiar.

Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem...

 

 

 

 

 

 

Malta Mass app